Bordeaux joffru kuntratt lil Laurent Koscielny

    Bordeaux offrew kuntratt fit-tul lid-difensur ta’ Arsenal Laurent Koscielny.

    Għal dawn l-aħħar disa’ snin, dan id-difensur ċentrali lagħab fl-Emirates Stadium fejngħamel total ta’ 353 dehra fil-komeptizzjonijiet kollha għall-klabb minn Londra.

    Madankollu, Arsenal mhumiex lesti li joffru kuntratt ġdid lil dan il-player ta’ 33 sena, li l-kuntratt attwali tiegħu jiskadi fit-tmieml-istagun li ġej.

    Bordeaux qed isegwu s-sitwazzjoni u huma lesti li joffru kuntratt ta’ tliet snin lill-internazzjonali Franċiż.

    Jidher li l-klabb tal-Premier League mhuwiex lest li jbiegħ lil Koscienly dan is-sajf jekk ma jiffirmax player li jkun is-sostitut denju tiegħu.