Kieran Trippier fil-mira ta’ Atletico Madrid

    Atletico Madrid huma nteressati li jiffirmaw lill-player ta’ Tottenham, Kieran Trippier, dan is-sajf hekk kif jarawh bħala s-suċċessur ideali tal-veteran, Juanfran.

    Id-difensur huwa mistenni li jħalli lil Spurs f’din it-tieqa ta’ trasferimenti wara staġun frustranti.

    L-internazzjonali Ingliżġie assoċjat ma’ Juventus u Napoli aktar kmieni dan is-sajf.

    Jidher li issa Atletico Madrid huma l-favoriti li jiffirmaw lil player ta’ 28 sena, li jarawh bħala l-player ideali biex jissostitwixxi lil Juanfran.

    Il-klabb ta’ Londra qed jivvalutaw lil Trippier €31 miljun, li fadallu erba’ snin fuq il-kuntratt attwali tiegħu.