Manchester City interessati f’Dani Alves

    Manchester City reġgħu qajmu l-interess tagħhom f’Dani Alves wara lid-difensur sar aġent ħieles dan is-sajf.

    Alves, li rebaħ 40 unur fil-karriera tiegħu, huwa disponibblifuq trasferimenti bla ħlas wara li ntemmlu l-kuntratt ma’ Paris St Germain.

    L-internazzjonali Brażiljan għandu relazzjoni eċċellenti mal-manager tas-Citizens, Pep Guardiola, wara ż-żmien tagħhom ta’ suċċess flimkien ma’ Barcelona.

    Alves qiegħed fi triqtu lura lejn l-Ewropa wara r-rebħa tal-Copa America biex jisma’ offerti minn żewġ klabbs, fosthom iċ-champions Ingliżi.

    Guardiola huwa ħerqan li jiffirma difensur lemini ieħor dan is-sajf biex iżid il-kompetizzjoni għal Kyle Walker.