Torino se jilagħbu l-UEFA Europa League f’Alessandria

    Il-president ta’ Torino Urbano Cairo kkonferma li d-debutt tal-Granata fil-UEFA Europa League ta’ nhar, il-Ħamis 25 ta’ Lulju, ser tintlagħab fi Stadio Moccagatta ta’ Alessandria. Huma ser ikunu qed jilagħbu r-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi u l-avversarji tagħhom ikunu jafuhom il-ġimgħa d-dieħla. Bħalissa qed jintlagħab l-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni.

    Torino ħadu post AC Milan f’din it-tazza wara li dawn tal-aħħar ma ssodisfawx il-kriterji finanzjarji tal-UEFA. Bis-saħħa t’hekk Roma ikkwalifikaw direttament għall-fażi tal-gruppi.

    Matul l-istaġun li għadda Torino spiċċaw fis-seba’ post tal-klassifika tas-Serie A Taljana meta kisbu 63 punt minn 38 partita b’16-il rebħa miksuba, 15-il draw u seba’ telfiet. Huma skorjaw 52 goal kontra s-37 li qalgħu.