Adrian Semper viċin Torino

    Il-media Taljana tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-gowlkipers ta’ Torino li huma għad-dispożizzjoni tal-kowċ Walter Mazzarri. Wara t-tluq ta’ Salvador Ichazo li issa jinsab bla klabb, il-Granata qed ifittxu gowlkiper ieħor li jista’ jkun riserva denja għal Salvatore Sirigu u Antonio Rosati. Għajnejn id-diriġenti tal-klabb waqgħu fuq il-gowlkiper Kroat, Adrian Semper, li rritorna ma’ Dinamo Zagreb wara l-esperjenza ma’ Chievo Verona.

    Semper lagħab ma’ Dinamo Zagreb għal tmien darbiet biss qabel ma’ ġie misluf lil żewġ klabbs li huma Lokomotiva u Chievo Verona. Hu lagħab f’kull kategorija tat-tim nazzjonali Kroat għalkemm jixtieq jiġi kkunsidrat mat-tim tal-kbar.