Rekord infrnali hekk kif Ġunju kien xahar ''infern''... Iddikjarat bħala l-aktar xahar sħun ta’ kull żmien madwar id-dinja

    Skont informazzjoni li għandha l-Aġenzija tas-Satellita Ewropea, Ġunju kien xahar ‘’infern’’ madwar id-dinja kollha. Jidher li dan ix-xahar kien l-aktar xahar sħun li qatt ġie rrekordjat madwar id-dinja. L-Aġenzija qalet li matul ix-xahar ta’ Ġunju, it-temperaturi kienu 2 gradi għoljin aktar mis-soltu. Aktar minn hekk f’pajjiżi bħal Franza, il-Ġermanja u Spanja, lejn tmiem ix-xahar it-temperaturi kienu 6 sa 8 gradi għoljin aktar mis-soltu. 

    Jidher li l-kaġun ta’ dan ir-rekord infernali huwa t-tibdil fil-klima li qed jaffetwaw lill-eko-sistemi kollha li jabitaw kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar.