Federico Matiello ma’ Cagliari

    L-ex player ta’ Atalanta  Federico Matiello huwa player ġdid ta’ Cagliari. Id-difensur Taljan ħalla intervista mas-sit uffiċjali tal-club waqt li kien hemm ritratt li juri lill-player ta’ 23 sena jiffirma mal-Isolani.

    F’kumment li ta Matiello qal li jaf sew lill-coach Rolando Maran u dan ser jgħinu mhux ftit sabiex joqgħod malajr għat-tattika tiegħu. Hu qal li jaf sew li Cagliari riduh u hu rreċiproka billi ngħaqad magħhom.

    Meta tkellem dwar l-injury li kellu riċentement, Matiello qal li dak hu passat u issa qed jikkonċentra sabiex jilgħab għall-club il-ġdid tiegħu. Wara li beda l-karriera tiegħu ma’ Juventus fis-sena 2013, dan ingħata b’self lil Chievo u SPAL sakemm kienu Atalanta li kisbu s-servizzi tiegħu sena ilu. Hu lanqas lagħab logħba waħda magħhom u reġa’ ġie misluf lil żewġ clubs oħra u dawn huma SPAL u Bologna.

    Matiello jemmen li issa jrid jagħti kollox ma’ dan il-flokk il-ġdid tiegħu sabiex barra li jilgħab b’mod regolari, jkun ukoll protagonista fit-tim tiegħu.