Roma wara Joao Miranda

    Inter iddeċidew li ma jikkonfermawx lid-difensur Brażiljan tagħhom Joao Miranda frisk mir-rebħ tal-Copa America matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Dan il-plejer ma jixtieqx jirritorna f’pajjiżu filwaqt li rrifjuta wkoll offerti li sarulu minn xi clubs mill-Qatar u miċ-Ċina.

    Roma jinsabu interessati fih u għalhekk id-diriġenti diġa’ bdew l-ewwel kuntatti ma’ dawk Neroazzurri. Il-coach tal-Giallorossi Paulo Fonseca qed iqis lil Miranda bħala player li ma tantx jiswa flus u li jista’ jservi ta’ mitqlu deheb għad-difiża ġdida tiegħu.

    Bħalissa l-player ta’ 34 sena qed jaqla’ €3 miljun kull staġun. Hu kien ilu ma’ Inter sa mis-sena 2015 fejn lagħab 109 partiti u skorja goal wieħed biss.