Gerson ta’ AS Roma viċin Flamengo

    Il-midfielder offensiv ta’ Roma Gerson Santos da Silva qed jirsisti sabiex jerġa’ jmur jilgħab f’pajjiżu ma’ Flamengo. Fil-fatt id-diriġenti tal-club Brażiljan għadhom kemm waslu fil-belt kapitali Taljana Ruma sabiex jikkonkludu dan it-trasferiment eventwali. Hu mifhum li l-player ta’ 22 sena huwa ħerqan sabiex jilbes il-flokk iswed u aħmar ta’ Flamengo.

    Gerson ingħaqad ma’ Roma fis-sena 2016 fejn b’kollox lagħab 28 partita u skorja żewġ gowls. Matul l-istaġun li għadda hu kien misluf ma’ Fiorentina fejn skorja tliet goals f’36 partita. Fil-passat hu kien jilgħab ukoll ma’ Fluminense.