Offerti u Rigali għall-Istudenti li Jissieħbu fil-BOV Club 2019

    Is-sajf jibda bil-kbir għall-istudenti li jagħżlu li jissieħbu fil-BOV Club jew li jġeddu s-sħubija tagħhom. Il-Bank of Valletta għadu kif nieda l-BOV Club 2019, pakkett popolari immens mfassal speċifikament għall-istudenti li jibdew l-edukazzjoni post-sekondarja jew terzjarja tagħhom.

    Il-membri l-ġodda tal-BOV Club jew l-istudenti li jġeddu s-sħubija tagħhom fil-BOV Club se jkunu qed jingħataw rigal b’xejn flimkien ma’ vawċer ta’ € 50 li jissarraf għand Sunlab, Superdry, Topshop, Topman, Eurosport jew VIP, jew Verbatim 1300Ah Powerpack. Alternattivament, huma jistgħu jagħżlu minn firxa wiesgħa ta’ rigali bi prezzijiet ferm imnaqqsa bħal bagalja tal-kabina Aerolite, earphones Urbanista Stockholm True Wireless, Remington F4 Style Series, Remington Wet2Straight jew 1TB USB3 Rugged External Drive.

    L-istudenti li jissieħbu fil-BOV Club se jgawdu wkoll minn:

    • eAccount tal-BOV li jista’ jitħaddem onlajn 24/7 u rata tal-imgħax ogħla minn dik fuq kont normali tat-tfaddil
    • Stipendju li jidħol fil-kont dirett bla ħlas u notifika bl-SMS meta l-istipendju jiġi kkreditat fil-kont
    • Contactless BOV CashlinkPay jew BOV Cashlink Visa bla ħlas, li jistgħu jintużaw lokalment, onlajn u barra mill-pajjiż
    • BOV Mobile Banking App bla ħlas biex tkun tista’ tħallas persuni oħra u tħaddem il-kontijiet minn kullimkien, f’kull ħin
    • BOV Internet Banking bla ħlas għal servizz bankarju aktar konvenjenti u faċli
    • Top-ups tal-Mobile istantanji bla ħlas
    • Self għall-istudenti b’rati speċjali inkluż kopertura tal-ħajja bla ħlas
    • Rati tal-kambju preferenzjali fuq muniti barranin
    • Pagamenti tas-SEPA elettroniċi bla ħlas

    Is-sħubija fil-BOV Club jew it-tiġdid tas-sħubija huwa faċli u jista’ jsir b’metodi differenti, sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jagħżlu l-aktar mod faċli għalihom. It-Tim tal-BOV Club se jkun fl-MCAST matul l-Admission Week, fis-Sixth Form tal-Kulleġġ San Alwiġi waqt ir-Reġistrazzjoni u fl-Università ta' Malta matul l-Orientation Talks.  It-Tim ser jilqa l-applikazzjonijiet, jiftaħ il-kontijiet u jqassam ir-rigali, filwaqt li se jipprovdi wkoll appoġġ lill-membri tal-BOV Club u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollhom. L-istudenti jistgħu jissieħbu wkoll fil-BOV Club billi jżuru kwalunkwe Fergħa tal-BOV jew billi jidħlu fuq il-websajt https://www.bov.com/Assistants/learn-more-about-bov-club. Jistgħu wkoll isegwu l-BOV Club Facebook Page għal aktar aġġornamenti.

    Din l-offerta hija valida sal-31 ta’ Ottubru 2019 u l-ewwel stipendju irid  jiġi kkreditat f’kont tal-BOV sal-31 ta’ Jannar 2020. Aktar tagħrif u termini u kundizzjonijiet huma disponibbli fuq www.bov.com/bov-club.