Malti jammetti li ħebb għal żewġ barranin

    Żagħżugħ ta' 19-il sena kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien 24 xahar wara li ammetta li ħebb għal żewġ barranin.

    Matteo Azzopardi wieġeb ħati li fl-4 ta' Lulju li għadda fix-Xgħajra ikkaġuna ġerħa gravi fuq Dustin Naldoza Depacaquibo u ferita ħafifa fuq Alan Ocampo Masa kif ukoll li kiser il-paċi pubblika b'għajjat u storbju.

    Minbarra l-liberta kundizzjonata, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ordnatlu wkoll biex fl-erba' snin li ġejjin iħalli liż-żewġ barranin bi kwiethom.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Oriana Spiteri.