18-il xahar ħabs fuq sewqan perikoluż

    Raġel ta’ 57 sena minn Ħal Qormi deskritt bħala “l-iktar sewwieq perikoluż” intbagħat 18-il xahar ħabs wara li nstab ħati li saq trakk b’mod perikoluż u mingħajr ma kellu liċenzja u polza tal-assigurazzjoni.

    Marius Camilleri huwa magħruf mal-pulizija tant li fuq medda ta’ 23 sena nstab ħati kważi 40 darba fosthom ta’ sewqan perikoluż, sewqan mingħajr liċenzja u anke vjolenza fil-konfront tal-pulizija.

    Huwa nstab ħati f’dan l-aħħar każ, u minbarra s-sentenza ta’ ħabs, kien ipprojbit milli jsuq għal perjodu ta’ sentejn, li jibdew jgħoddu meta jiskonta s-sentenza. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sergio Pisani mentri l-Avukat Leslie Cuschieri assista lil Camilleri.