Twissija dwar weraq tar-rand

    Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jinforma lill-pubbliku biex ma jikkunsmax weraq tar-rand tad-ditta Lorbeerblatter minħabba l-possibbiltà ta’ preżenza ta’ polyclinic aromatic hydrocarbons li jeċċedu l-livelli stabbiliti. In-numru tal-lott identifikat huwa 50187-S u 51993-S, bid-data tad-durabbiltà tal-prodott inkwistjoni tkun bejn l-aħħar ta’ Novembru tal-2020 u l-aħħar ta’ Diċembru tal-2020.

    Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8.00 a.m. sas-2.30 p.m. jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.