“Min jinqabad irid iħallas ta’ għemilu” … Is-Sindku tal-Imqabba bi kliem iebes dwar ħerba sigħat wara li tnaddaf sit

    “Min jinqabad irid iħallas ta’ għemilu.” Hekk saħaq Omar Farrugia, is-Sindku tal-Imqabba b’referenza għall-aġir irresponsabbli ta’ persuni li sigħat biss wara li ġiet imnaddfa u organizzata ż-żona tal-Bring-in sites biswit iċ-ċimiterju tal-lokalità, reġgħu għamlu ħerba u ħammġu ż-żona.

    Is-Sindku Farrugia filwaqt li kkundanna dan l-aġir kellu kliem iebes u saħaq li dan l-aġir irid jieqaf. Tenna li “filwaqt li tajjeb li nkomplu nedukaw dwar l-ambjent u l-indafa, se nagħti struzzjonijiet biex nibdew ninforzaw.”

    “Min jinqabad irid iħallas ta’ għemilu,” tenna Farrugia, filwaqt li emfasizza li jrid ikompli jara Mqabba nadifa kif inhu xieraq.