Taljan isofri ġrieħi gravi wara li jaqa' m'għola sular u jispiċċa ħdejn pool fi blokka appartamenti f'San Ġwann

    Żagħżugħ Taljan ta’ 18-il sena sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kmieni dalgħodu waqa’ madwar sular minn fuq ċint fi blokka appartamenti f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5.45 a.m. fi blokka residenzjali fi Triq Birkirkara.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li t-Taljan waqa’ minn fuq ċint ta’ madwar sular u spiċċa mal-art viċin pool li hemm fil-komun tal-appartamenti.

    Tim mediku mill-Isptar Mater Dei u kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jassitu liż-żagħżugħ. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.