“Mhux tort tan-nannu“ - Il-familja taċ-ċkejkna li waqgħet 11-il sular minn Cruise liner

    Il-familja taċ-ċkejkna li waqgħet madwar 11-il sular qegħdin ixerrdu ritratt biex juru li ma kienx tort tan-nannu li binthom spiċċat tilfet ħajjitha.

    Iċ-ċkejkna ta’ tmien xhur Chloe Wiegand minn Indiana waqgħet minn fuq il-cruise liner Royal Caribbean's Freedom of the Seas u kienet rapurtata li stabtet fl-art waqt li l-istess vapur kien wieqaf f’San Juan fi Puerto Rico.

    Minkejja li l-proċedura titlob li n-nannu jiġi investigat fejn fost akkużi oħrajn qiegħed jaffaċċja dik ta’ negliġenza, il-ġenituri ħarġu bi spjegazzjoni wara t-traġedja.

    Il-familja qiegħda tgħid li l-anzjan għolla lit-tifla biex tittawwal mill-ħġieġ, xi ħaġa li ċ-ċkejkna kienet titpaxxa tagħmel kif jidher f’ritratt imxerred minnhom hu u tittawwal lil ħuha jilgħab l-ice Hockey.

    Sfortunatament jidher li ċ-ċkejkna meta marret biex tqabbad mal-ħġieġ jidher li sabet ħġieġa maqlugħa minn postha u spiċċat tilfet ħajjitha.