Merkel tidher titriegħed għat-tielet darba fi ftit ġimgħat

    Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel dehret titriegħed għat-tielet darba fi żmien xahar.

    Filmat li qiegħed jinxtered fl-aħħar sigħat juri lil Merkel taġixxi b’mod stramb maġenb il-Prim Ministru Finlandiż waqt ċerimonja f’Berlin.

    Wara dan l-inċident Merkel għal darba oħra qalet li hija tinsab tajba ħafna u li ma kienx hemm għalfejn wieħed jinkwieta.

    Kelliem għall-gvern ikkonfermaw li Merkel fl-età ta’ 64 sena se tkun qiegħda tkompli bil-laqgħat tagħha skont l-iskeda.