Waterpolo: Sliema jaċċertaw fit-tielet sessjoni

    Ritratt: Dominic Borg

    Round Preliminari

    Sliema.......................... 14

    Marsaskala..................... 8

    (3-1, 4-1, 6-3, 1-3)

    Sliema kienu ferm b'saħħithom għal Marsaskala u mingħajr wisq tbatija għel­buhom bl-iskor ta' 14-8.

    Sliema rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-1 bil-goals għalihom jaslu minn Jerome Gabarretta (2) u Nicholas Bugelli.

    Min-naħa l-oħra, l-uniku goal għal Marsakala wasal minn Konstantin Averka li wara li kellu penalty salvat bi mill-goalkeeepr tas-Slimiżi Joseph Parnis u mill-azzjoni li segwiet l-istess Averka rnexxielu jitfa' l-ballun fix-xibka.

    Sliema rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor  ta' 4-1 b'Jerome Gabarretta (2), Jacob Sciberras u Norbert Hoznyansky jiskorjaw għalihom, waqt li s-solitu Konstantin Averka wieġeb għal Ta' Xbiex.

    Is-Slimiżi komplew jiddominaw ukoll fit-tielet ses­sjoni u rebħuha wkoll din id-darba bl-iskor ta' 6-3 b' Gavril Subotic (3), Nicholas Bugelli, il-captain Mark Meli  u Liam Galea jiskorjaw għalihom waqt li Kristijan Milakovic (2) u Konstantin Averka isibu x-xibka għalihom.

    Marsasakala wettqu reaz­z­joni fir-raba' u l-aħ­ħar sessjoni iżda dan kien tard wisq għalihom biex setgħu jsalvaw il-logħba.

    Huma rebħu din i-ses­sjoni bl-iskor ta' 3-1 bi Kristijan Milakovic (2) u Konstantin Averka isibu x-xibka waqt li Norbert Hoznyansky skorja l-uniku goal Slimiż.

    Sliema: 1-Joseph Parnis, 2-Jerome Gabarretta (4), 3-Gavril Subotic (3), 4-Jacob Sciberras (1), 5-Mark Meli (1), 6-Norbert Hoznyansky (2), 7-Michael Spiteri Staines, 8-Liam Galea (1), 9-Benji Cachia, 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi, 12-Nicholas Bugelli (2), 13-Miguel Vassallo - Coach: Sergio Afric

    Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Malcolm Manara, 5-Max Aquilina, 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro, 8-Kristijan Milakovic (4), 9-Kosnstantin Averka (4), 10-Jan Culic, 11-Reinhard Attard, 12-Daniel Borg Millo, 13-Max Borg  - Coach: Dorian Pisani

    Referees: Mirko Schiavo, Ronnie Spiteri