Żewġ nisa u tifla ta' 10 snin l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun

    Tlieta ndarbu wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4 p.m kienu involuti f’inċident stradali li seħħ  fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ karozzi b’waħda minnhom kienet misjuqa minn mara ta’ 32 sena mill-Fgura u l-oħra minn mara ta’ 44 sena minn Birkirkara. Flimkien mal-mara ta’ 44 sena kien hemm passiġġiera tifla ta’ 10 snin.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ nisa u lit-tifla l-isptar.

    Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

    Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates