Diversi timijiet wara Matheus dos Anjos

    Is-suq Brażiljan huwa dejjem vetrina għall-clubs Ewropej li jfittxu talenti ġodda u eventwalment jakkwistawhom. Wieħed minn dawn il-plejers li qed jiġi segwit b’ċertu interess huwa l-plejer ta’ nofs il-grawnd Matheus dos Anjos.

    Fil-fatt Napoli, Milan, Roma u Olympique Lyon qed jittantaw jiksbu l-firma ta’ dan il-plejer li matul l-istaġun li għadda lagħab fit-tieni diviżjoni Brażiljana ma’ Parana.

    Fil-verita’ dan il-player huwa proprjetà ta’ Atletico Paranaense iżda peress li ma kienx fil-pjanijiet tal-coach iddeċidew li jtuh b’self. Il-vantaġġ ta’ dan il-player hu li jista’ jilgħab f’diversi rwoli kemm difensivi kif ukoll offensivi u huwa meqjus bħala wieħed versatili. Il-valur tiegħu hu dak ta’ €5 miljun bil-player li mistenni jikber mhux ftit fil-livell ta’ logħob li jħaddan.