Erba' persuni arrestati ġewwa Tas-Sliema

    Żewġt irġiel u żewġ nisa Maltin li l-età tagħhom tvarja bejn id-29 sena u t-53 sena lbieraħ kienu arrestati f’residenza fi Triq Amery f’Tas-Sliema  fejn kien qiegħed isir abbuż u traffikar ta’ diversi sustanzi.

    Fir-residenza nstabu diversi qratas bi trab abjad u kannella allegatament droga kokaina u eroina li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati. Fil-post instabu diversi oġġetti relatati mal-abbuż u t-traffikar tad-droga flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.

    Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li mhux eskluż li l-persuni jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ din is-sejba.