Muscat jgħid li l-membru fil-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Matthew Pace għandu jirriżenja

    Waqt li kien qiegħed iwieġeb lill-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-riforma, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-membru tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Matthew Pace għandu jirriżenja.

    Muscat qal li f’Malta hawn is-saltna tad-dritt u ma jistax jaqbad u jneħħih. Stqarr li jemmen li l-opinjoni tiegħu għandha ċertu piż.

    Dan wara li fl-aħħar jiem l-Qorti tal-Appell irtirat il-permess lill-grupp DB għall-proġett City Centre fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

    Għaqdiet u residenti li jgħixu fl-inħawi ġabru l-flus u appellaw mill-għoti tal-permess bil-kawża tinstema quddiem l-Imħallef Mark Chetcuti.

    Huwa ikkonkluda li Matthew Pace, wieħed mill-membri li ivvota favur il-permess, kellu kunflitt ta' interess peress li kien jaħdem ma' kumpaniji li tbiegħ u tikri l-proprjeta.

    L-Imħallef Chetcuti sostna li Pace missu iddikjara li kellu kunflitt ta' interess dwar dan il-proġett u ma ivvutax u kien għalhekk li irrevoka l-permess.