Il-Pulizija jwaqqfu lill-mara li allegatament kienet qed tipprova tbigħ affarijiet tad-deheb f'diversi lokalitajiet

    Wara diversi rapporti li sarulha, il-Pulizija waqqfet lill-mara li dwarha kienu diversi dawk il-persuni li kkummentaw u anke ppubblikaw ritratti u filmati fuq il-midja soċjali.

    Jidher li l-mara, ta’ nazzjonalità barranija, twaqqfet mill-Pulizija ftit tal-ħin ilu fil-Belt Valletta.

    Il-mara allegatament kienet qed iddur f’diversi lokalitajiet madwar Malta tipprova tbigħ affarijiet tad-deheb, aġir li qanqal is-suspett f’bosta.

    Fost oħrajn intlemħet fir-Rabat u f’Birkirkara.