Jipprova joqtol lilu nnifsu waqt li jkun qed jinstema' l-ġuri tiegħu

    Raġel akkużat bil-qtil ta’ tfajla pprova joqtol lilu nnifsu waqt li kien qed jinstema’ l-ġuri tiegħu stess. Aubrey Trail, ta’ 52 sena, għamel dan f’aqwa tal-qorti f’Nebraskal wara li beda jgħajjat li s-sieħba tiegħu, Bailey Boswell hija innoċenti.

    Trail qed ikun akkużat li qatel lit-tfajla billi fagaha, u sussegwentement qattagħha biċċiet bl-għajnuna tas-sieħba tiegħu li wkoll mistennija li tgħaddi ġuri aktar tard matul din is-sena.

    Waqt li kien qed jinstema’ l-każ, Trail qam u beda jgħajjat li “Bailey hija innoċenti u jien nisħetkom kollha”. Eżatt wara li lissen dawn il-kliem huwa ta daqqiet f’għonqu b’oġġett li daħħal bil-moħbi fl-awla.

    Huwa ttieħed b’urġenza fi sptar lokali mitluf minn sensih.

    Il-kundizzjoni medika tiegħu għadha mhix magħrufa.

    Ladarba jirkupra Trail se jinżamm immanettjat għall-kumplament tal-ġuri.

    F’Diċembru tal-2017, il-katavru ta’ Sydney Lofe ta’ 24 sena kien instab imqatta’ biċċiet u mormi f’boroż taż-żibel.

    Hioja kienet rapportata nieqsa 19-il jum qabel wara li ltaqgħet ma’ Boswell.