Il-Kroat Ivan Perisic irid jingħaqad ma’ Arsenal

    Il-player ta’ Inter, Ivan Perisic, irid jingħaqad ma’ Arsenal.

    Perisic, li kellu rwol ewlieni biex il-Kroazja waslusal-finali tat-Tazza tad-Dinja 2018, ġie assoċjat li se jħalli lill-club minn Milan fil-ġranet li ġejjin.

    Il-Gunners huma fost bosta klabbs li ġew ikkreditati b’interess fl-attakkant li skorja disa’ goals f’45 partita għan-Nerazzurri,fl-istaġun li għadda.

    Il-player ta’ 30 sena, li ġie wkoll assoċjat ma’ Manchester United, huwa ħerqan li jmur jilgħab fl-Emirates Stadium.

    Il-kuntratt attwali tal-internazzjonali Kroat,f’San Siro, jiskadi f’Ġunju 2022.