Film Kanadiż qed jinġibed Għawdex

    Bħalissa fil-gżira Għawdxija qed tinġibed ko-produzzjoni bejn Malta u l-Kanada li għandha baġit ta’ madwar €1.5 miljun.

    Il-Malta Film Finance Limited rabtet lill-ko-produzzjoni biex nofs il-film jinġibed Għawdex.

    Kien il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi li semma dan fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Chris Said li xtaq ikun jaf kemm qed jinġibdu produzzjonijiet f’Għawdex bħalissa.

    Mizzi żied li l-Kummissjoni Maltija għall-Films qed tippjana li tattira aktar produzzjonijiet lejn il-pajjiż inkluż Għawdex stess.