Pilota arrestat bis-suspettat qtil ta' Emiliano Sala... Kellu jkun hu li jtajjar l-ajruplan

     

    Pilota kien arrestat fuq suspett ta’ qtil wara t-tiġrif tal-ajruplan li fuqu kien hemm il-plejer Emiliano Sala.

     

    David Henderson ta’ 64 sena kellu jkun inkarigat mit-titjira li kellha tkopri distanza bejn Feanza u Cardiff, iżda aktar tard huwa ħalla f’idejn David Ibbotson ta’ 59 sena biex itajjar l-ajruplan.

     

    Sala ta’ 28 sena kien għadu kif iffirma kuntratt ma’ Cardiff u kien jinsab fi triqtu minn Nantes biex jiltaqa’ mat-tim il-ġdid tiegħu.

     

    L-ajruplan iġġarraf fi Guernsey fil-21 ta’ Jannar li għadda u aktar tard irriżulta li Ibbotson ma kienx kwalifikat biex itajjar ajruplan bil-lejl u għalhekk ma kellux dritt jagħmel vjaġġi bħalma kien dak ta’ Sala.