Mara b'imġiba suspettuża fir-Rabat

    “Din il-mara qiegħda ddur ir-Rabat tħabbat il-bibien taparsi biex tbigħ ċappetta tad-deheb. Oqogħdu attenti!“ Hekk allega resident fil-lokalità Rabtija li lemaħ lil din il-mara għal darba darbtejn tħabbat bieb bieb fit-toroq tal-istess lokalità.

    Intant f'kummenti oħra li segwew kien hemm min allega li din il-mara kienet qiegħda tħabbat bieb bieb biex tgħaddi informazzjoni lil terzi persuni, possibbilment għal raġunijiet kriminali. 

    Jidher li kien hemm diġà min informa lill-Pulizija dwar il-preżenza ta' din il-mara.