Titħabbar il-mewt tal-awtriċi ta' “Sex and Shopping“ fl-età ta' 91 sena

    Tħabbret il-mewt tal-awtriċi Judith Krantzli kisbet is-suċċess tagħha bil-kitba tagħha “sex and shopping”. Krantz kitbet l-ewwel novella tagħha bl-isem ta’ ‘Scruples’ fl-età ta’ 50 sena. Id-disgħa l-oħra li segwew kellhom formula simili - l-imħabba u s-sess. 

    Il-kitbiet tagħha kienu mibjugħin f’aktar minn 85 miljun kopja u tradotti f’aktar minn 50 lingwa.Krantz li kienet mwielda fi New York qalet li missierha u ommha ftit li xejn tawha attenzjoni bħala tifla. Il-karattri feministi, żgħażagħ, sbieħ, ta’ suċċess u bi gwardarobbi mimlijin ħwejjeġ. Iżda il-ħsieb tagħhom hu li li jsibu raġel sabiħ li jista’ joffrilhom sess b’passjoni.

    Lura fl-1990 meta kienet tkellmet ma’ Los Angeles Times hija qalet li meta tikteb dwar it-tali suġġett jeħtieġ li tidħol fid-dettall.  Krantz mietet mewta naturali fl-età ta’ 91 sena mdawra bil-familja, ħbieb u l-erbat iklieb tagħha.