3,771 immigrant irregolari miżmuma fit-Turkija matul din l-aħħar ġimgħa

    Mat-3,771 immigrant irregolari ġew miżmuma fit-Turkija matul din l-aħħar ġimgħa. Minnhom 1,643 immigrnt inqabdu f’sensiela ta’ operazzjonijiet mill-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Edirne, li tinsab mal-fruntiera tal-Greċja u l-Bulgarija.

    Fost l-immigranti kien hemm ta’ nazzjonalità Pakistana, Marokkina, Sirjana, Iraqqina, Afghana, Eġizzjana u mill-Bangladesh.

    Fil-provinċji ta’ Kirklareli u Tekirdaq, ukoll fil-Punent tal-pajjiż, inqabdu total ta’ 182 immigrant ieħor. Intant mal-provinċji kostali ta’ Mersin, Canakkale, Balikesir, Aydin, Izmir u Mugla, inqabdu 1,168 immigrant li kienu qed jipprovaw jaqsmu lejn l-Ewropa mill-Greċja.

    Madwar 268,000 immigrant irregolari inżammu fit-Turkija matul l-2018. Il-pajjiż iservi ta’ pont għall-immigranti irregolari li jipprovaw jaqsmu lejn l-Ewropa bil-għan li jkunu jistgħu jibdew ħajja ġdida.