Liverpool mhux interessati fi Bruno Fernandes

    Liverpool m’għandhom l-ebda pjani biex jiffirmaw lil midfielder ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes, minkejja li l-istaġun li għadu kif intemm impressjona fil-wirjiet tiegħu.

    Huwa skorja 32 goal u rreġistra 18-il assist fi 53 partita fil-kompetizzjonijiet kollha għall-klabb Portugiż.

    Aktar kmieni din il-gimgħa, ġie rrappurtat li l-ġganti minn Merseyside għamlu offerta ta’ €45 miljun għall-internazzjonali Portugiż biex jegħlbu lir-rivali tagħhom Manchester United, Manchester City u Tottenham għal firma tiegħu.

    Madankollu, jidher li l-klabb ta’ Liverpool ċaħad dawn l-ispekulazzjonijiet hekk kif mhumiex interessati li jiffirmaw lill-player ta’ 24 sena.

    Fernandes, li l-kuntratt attwali tiegħu fl-Estadio Jose Alvalade jintemmlu fl-2022, għandu klawsola ta’ €96 miljun biex jinħall mill-kuntratt.