David Brooks fil-mira ta’ Manchester United

    Manchester United qed jikkunsidraw li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Bournemouth, David Brooks.

    Brooks mar jilgħab  fil-Vitality Stadium fis-sajf li għadda mingħand Sheffield United, u skorja seba’ goals fil-Premier League fl-istaġun li għadu kif intemm.

    Il-manager tar-Red Devils, Ole Gunnar Solskjaer,jinsabħerqan li jiffirma lill-player ta’ 21 sena iżda jidher li ċ-Cherries mhux se jaċċettaw offerti b’inqas minn €56 miljun.

    Brooks, li ffirma kuntratt ġdid ma’ Bournemouth, f’Marzu li għadda, daħal mis-sistema taż-żgħażagħ ta’ Manchester City qabel ma ħalla lis-Citizens biex jingħaqad ma’ Sheffield United, fl-2014.

    Tottenham ukoll ġew ikkreditati b'interess fil-internazzjonali ta’ Wales.