Isofri ġrieħi gravi wara ntlaqat minn vettura fil-Mosta

    Raġel ta’ 63 sena residenti l-Mosta qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu safa milqut minn vettura fi Triq Ġużeppi Callus, il-Mosta.

    L-anzjan intlaqat minn vettura tat-tip Ford Transit li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Ħamrun. 

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.