Jitlef ħajtu wara ħamest ijiem minn inċident fuq il-post tax-xogħol

    Fit-13 ta' Ġunju għall-ħabta tas-2.30 p.m fi Triq Annetto Caruana, il-Qawra kien waqa’ persuna mill-għoli. Wara jiem jirċievi kura huwa sfortunatament tilef il-ġlieda tiegħu mal-mewt.

    Ir-raġel ta’ 23 mill-Mali kien waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni. 

    Fuq il-post issejħu tim mediku mill-Isptar Mater Dei, flimkien mal-membri tal-Protezzjoni C?ivili biex jassistu. Ir-raġel ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ta’ natura serja u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. 

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.