[FILMAT] Il-Kanċillier Angela Merkel tgħid li tinsab tajba wara li dehret titriegħed bis-sħana

    Il-Kanċillier Ġermaniża, Angela Merkel qalet li hija tinsab tajba wara li dehret titriegħed hi u tilqa’ lill-President Ukren f’ġurnata sħuna f’Berlin.

    Merkel li għandha 64 sena dehret wieqfa ħdejn Volorymyr Zelensky u jidher ċar li kienet qiegħda tissaporti ċertu uġigħ.

    F’temperatura li tlaħħaq it-30 grad, Merkel bagħtiet minn nixfa u wara li ntemm kollox ikkonfermat li kellha tieħu mat-tliet tazzi ilma biex tħossha aħjar.