L-aktar Mejju tempestuż mill-1951 lil hawn

    In-nixfa t’April donnu patta għaliha x-xahar ta’ Mejju, li ħasad il-Gz?ejjer Maltin b’tixriba ta’ 7.2mm ta’ xita fit-tielet jum tax-xahar. Waqt li dan kien l-iktar jum imxarrab tax-xahar, b’kollox tkejlu 19.2mm ta’ xita matul Mejju, li huwa d-doppju tat-8.5mm ta’ xita mistennija f’dan iz?-z?mien tas-sena.

    Minkejja l-fatt li Mejju kien pjuttost kalm, kien xahar mirjieħ u tempestuz? f’xi waqtiet, hekk kif buffuri tar-riħ li kienu qed jonfħu mix-Xlokk laħqu veloc?ita? massima ta’ 48 knots fir-raba’ jum tax- xahar, u g?ew irreg?istrati sitt maltempati bir-ragħad. Ladarba maltempata waħda biss bir-ragħad tkun mistennija f’Mejju, ix-xahar li għadda mhux biss qabez? in-norma klimatika, iz?da sar l-iktar Mejju tempestuz? li kellhom il-Gz?ejjer mill-1951 ’l hawn.

    It-temp imxarrab matul it-tielet g?imgħa ta’ Mejju wassal għall-iz?vilupp ta’ sħab f'forma ta' lembut, li għattew il-G?z?ejjer fl-14 tax-xahar. Il-kopertura tas-sħab medja għax-xahar kienet ta’ 3.7 oktas; jig?ifieri kemxejn ogħla min-norma klimatika ta’ 3.1 oktas.

    Xemx tisreg? dawlet il-Gz?ejjer Maltin malli għaddew il-jiem tal-maltemp. Tant hu hekk, li nhar is-17 ta’ Mejju, fl-iktar jum imdawwal tax-xahar, ix-xemx iddiet għal 12.9 sigħat. Minkejja l-fatt li f’Mejju b’kollox g?ew irreg?istrati 289.7 sigħat ta’ xemx, jig?ifieri 10 sigħat inqas min-norma ta’ 299.1 siegħa, il-Gz?ejjer xorta waħda gawdew medja ta’ 9.3 sigħat ta’ xemx kuljum.

    Filwaqt li l-bidu ta’ Mejju kien iktar frisk mis-soltu, hekk kif it-temperaturi tal-ajru niz?lu sa 10.1°C fit-8 tax-xahar, ix-xemx malajr uriet snienha, u wasslet biex it-temperaturi jilħqu massimu ta’ 26.7°C nhar id-29 ta’ Mejju. It-temperatura medja tal-ajru laħqet 18.3°C, jig?ifieri kienet grad u nofs iktar baxxa min-norma klimatika ta’ 19.8°C. It-temperatura medja tal-baħar ukoll kienet kemxejn ikseħ min-norma klimatika, hekk kif niz?let minn 18.0°C għal 17.9°C.