Taljan mixli b'serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena

    Il-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali kkonkludiet b’suċċess investigazzjoni ta’ serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena ġewwa stabbiliment li jinsab ġewwa Triq il-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar. Din is-serqa seħħet fil-31 ta’ Mejju, 2019.

    Il-Pulizija waslet sabiex aktar kmieni llum, quddiem il-Maġistrat Dr. Caroline Farruġia Frendo LL.D, resqet taħt arrest lil raġel Taljan ta’ 44 sena residenti San Pawl l-Baħar, u ġie akkużat b’dan is-serq kif ukoll talli kiser li jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti Kriminali tat-3 ta’ Mejju, 2019 fejn kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta €30,000. Huwa ġie akkużat ukoll li huwa reċediv.

    L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm taħt arrest fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.