Gianluigi Buffon rilassat minkejja li bla club

    L-ex goalkeeper internazzjonali Taljan Gianluigi Buffon tkellem dwar il-preżent tiegħu kif ukoll dwar il-futur li għadu ferm inċert. Hu qal li f’Jannar li għadda d-diriġenti ta’ Paris St Germain infurmawh li huma kienu qed jikkunsidraw li fl-istaġun li ġej hu jkun it-tieni goalkeeper. Din il-proposta xejn m’għoġbot lill-goalkeeper ta’ 41 sena li ftiehem mal-club sabiex jinħall minn mal-club mill-belt kapitali Franċiża.

    Issa li jinsab bla club, Buffon irċieva ħafna offerti minn diversi timijiet Taljani iżda hu qed jevalwa bil-kwiet x’jaqbillu jagħmel f’dan il-mument. L-ex goalkeeper ta’ Juventus u Parma m’eskludix il-possibbilta’ li jieqaf għal sena sabiex jibda l-kors ta’ coaching kif ukoll li jitgħallem il-lingwa Ingliża.