Il-preżentazzjoni ta’ Maurizio Sarri għal nhar il-Ħamis li ġej

    Nhar il-Ħamis taf tkun il-ġurnata tal-preżentazzjoni tal-coach il-ġdid ta’ Juventus Maurizio Sarri. Dan wara li l-Ħadd wara nofsinhar tħabbar li hu ser ikun qed imexxi lil Bianconeri fost taħlita ta’ opinjonijiet dwar dan is-suġġett.

    Hemm min qal li wieħed irid jagħti ċans lil dan il-coach, b’oħrajn li fakkru l-passat tiegħu meta kien coach ta’ Napoli u kien jikkritika lill-istess Juventus. Intant tliet objettivi li qed iħares lejn il-coach mit-Toskana huma Marquinhos, Paul Pogba u Federico Chiesa sabiex ikun jista’ jilgħab il-formazzjoni favorita tiegħu dik ta’ 4-3-3.

    Finalment f’kumment li ta fuq il-profil tiegħu fi Twitter Cristiano Ronaldo kien ferħan għal din l-għażla minħabba li jaf kemm dan il-coach, li għadu kemm rebaħ l-UEFA Europa League ma’ Chelsea, għandu mentalita’ offensiva.