Mill-inqas 30 persuna jmutu fi tliet attakki b'bomba fin-Niġerja

    Mill-inqas 30 persuna nqatluv fin-Niġerja kaġun ta’ tliet attakki b’bomba li twettqu minn militanti. L-attakki seħħew fl-istat ta’ Borno. Is-servizzi ta’ emerġenza kkonfermaw li t-tliet attakki seħħew fil-belt ta’ Konduga.

    Huma qalu l-bombi splodew barra ħanut fejn kien hemm diversi persuni miġburin biex jassistu għal logħba futbol fuq it-televixin.

    Il-militanti, suspettati li jagħmlu parti mill-organizzazzjoni terroristika Boko Jaram, wettqu diversi attakki fil-konfront ta’ persuni ċivili u impostazzjonijiet militari.

    Huwa stmat li mas-27,000 persuna tilfu ħajjithom fl-attakki mwettqin mill-Boko Haram tul is-snin, b’1.8 miljun persuna maħsubin li kienu mġegħlin jaħarbu minn djarhom.