“Hawn xi kuntrattur jew perit li jista’ jispjega dan?” … Mistoqsijiet dwar ix-xogħlijiet strutturali ta' binja appartamenti

    “Hawn xi kuntrattur jew perit li jista’ jispjega?” Hekk ikkummentat persuna mħassba dwar l-istruttura ta’ binja ta’ appartamenti, b’parti minnha tidher isserraħ fuq kolonni ta’ bricks.

    Tal-istess ħsieb dwar il-binja li tinsab fi Triq Santa Venera, f'Santa Venera, kien Arnold Cassola li wera t-tħassib tiegħu kif binja ta' ħames sulari qed isserraħ fuq dawn il-kolonni ta' bricks.

    Matul dawn l-aħħar jiem kienu bosta dawk li wrew it-tħassib tagħhom dwar l-integrità ta' binjiet, wara li f'temp ta' ftit jiem iġġarrfet binja fil-Mellieħa, u parti minn ħajt diviżorju ta' blokka appartamenti fi Gwardamangia.