It-tibdil fil-ħinijiet minn Identity Malta jibda jħalli impatt pożittiv minnufih

    Hekk kif mil-lum l-aġenzija Identity Malta bdiet topera b’ħinijiet differenti fis-Sezzjoni tal-Espatrijati, jidher li dan ħalla impatt pożittiv minnufih hekk kif sat-8.00 a.m. kienu diġà telqu l-kjuwijiet tan-nies li kienu qegħdin jistennew barra. 

    Bil-ħinijiet il-ġodda, ħadd m’għandu għalxiex joqgħod fil-kju minn kmieni filgħodu għax tneħħa l-capping tal-ġurnata. Minflok il-ħaddiema qegħdin jaqsu lil kull min imur fil-ħinijiet stabbiliti. 

    Dalgħodu, il-maniġment ta’ Identity Malta spjegaw lill-pubbliku li bis-sigħat il-ġodda li ġew stabbiliti, dawk kollu li jkunu fil-kju bejn is-7.30 a.m. u l-11.30 a.m. se jiġu moqdija.