El Diablo fil-kmand tal-klassifika tal-VOOMQUEST Enemed UIM V2 World Powerboat Championship wara rebħa fit-tielet tiġrija

    It-tielet tiġrija tal-VOOMQUEST Enemed UIM V2 World Powerboat Championship li żvolġiet ilbieraħ intrebħet minn El Diablo. Dan wara li rebaħ ukoll l-ewwel tiġrija, filwaqt li ġie fit-tielet post fit-tieni tiġrija. Dan ifisser li qed jiggwidaw il-klassifika tal-kampjonat wara l-55 punt li kisbu matul it-tliet tiġrijiet.

    F’kumment li taw, Clive Butler u Sammy Grima mit-tim ta’ El Diablo qalu li din kienet tiġrija mill-isbaħ, b’tim mill-aqwa. “L-ebda kliem ma jistgħu jiddeskrivu din l-esperjenza!”