Mr Cool jintbagħat lura lejn daru wara jiem rikoverat l-isptar

    Fl-aħħar ħin Tony Farrugia ħabbar li sieħbu u l-kowċ tiegħu Paul Grima kien intbagħat lura lejn daru wara jiem rikoverat l-isptar.

    Paul Grima, magħruf bħala Mr Cool kellu inċident serju fuq il-post tax-xogħol u fl-aħħar jiem kien qiegħed jirċievi kura intensiva fl-isptar. 

    Mr Cool huwa sinonimu ma’ ġesti ta’ solidarjetà, u flimkien ma’ Tony Farrugia mhux l-ewwel darba li taw esebizzjonijiet fil-pubbliku tas-saħħa tagħhom bil-għan li jiġrbu flus lil dawk inqas ixxurtjati minnhom.