Ikomplu l-messaġġi... din id-darba favur it-tmexxija ta' Adrian Delia

    Mal-kolonni tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista feġġ kartellun li jgħid “VOT KONTRA DELIA VOT KONTRA T-TESSERATI”.

    Dan ikompli man-numru ta’ messaġġi li fl-aħħar jiem komplew jitfgħu pressjoni fuq il-kap tal-partit Adrian Delia, b’messaġġi favur u oħrajn kontrih.

    Rapporti li kienu dehru fuq il-ġurnali kienu jgħidu li d-Deputati Nazzjonalisti taw ċans lil Dr Delia sal-12 p.m tal-lum biex jieħu deċiżjoni dwar il-ġejjieni tiegħu fil-Partit Nazzjonalista.