Serqa minn ħanut fil-Ħamrun

    Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha wara li allegatament żewġ persuni wettqu serqa fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

    Inewsmalta tinsab infurmata li kien għall-ħabta tas-1 a.m meta wieħed miż-żewġ persuni, wettaq ħsara fil-bieb tal-ħġieġ ta' ħanut sakemm aktar tard daħal u seraq xi flus kontanti.

    Is-sid tal-ħanut li għamel kuntatt ma' inewsmalta qiegħed jappella lill-pubbliku biex kull min għandu xi tip ta' informazzjoni li tista' tgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha jagħmel dan, anke b'mod anonimu.