Tkompli l-pressjoni fuq Adrian Delia biex jirriżenja

    Komplew il-messaġġi fil-forma ta’ posters intiżi biex jagħmlu pressjoni lil Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex jirriżenja.

    Jidher li din id-darba ntuża l-logo tal-gazzetta IT-TORĊA bil-kliem “ĦALLU LIL DELIA JAĦDEM”, liema posters twaħħlu mal-bibien ta’ uħud mill-każini tal-Partit Laburista.

    Dan wara li fil-jiem li għaddew fazzjonijiet opposti fi ħdan il-PN waħħlu posters b’uħud jgħidu li t-tmexxija għandha tirriżenja u oħrajn jappoġjawh.