Ħajja ġdida lill-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa

    Il-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa, bajja li kienet fi stat xejn tajjeb fl-aħħar snin issa ingħatat dehra ġdida. B’ħidma mill-Ministeru għat-Turiżmu, immexxi mill-Ministru Konrad Mizzi qed jiġu finalizzati  ix-xogħlijiet f'din il-bajja permezz ta' ‘beach furniture ‘ġdid biex jintuża mill-pubbliku. F’din il-bajja mhux ser jingħataw konċessjonijiet jew permessi ta' kiri ta' deck chairs.”