''L-inkonsistenza tagħkom se tħallikom fl-Oppożizzjoni għal 50 sena oħra''

    Il-Ministru Josè Herrera qal li l-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li issa se tivvota kontra s-seperazzjoni tal-funzjonijiet tal-avukat ġenerali, hi inkonsistenza li se tħallihom fl-Oppożizzjoni għal 50 sena oħra.

    Tenna li “llum ma’ tant hemm avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Infurmat li hemm xi 24 biss u issa se tkun tista’ tikkuntratta xogħol lil avukati oħrajn. M’hemmx punt wieħed f’din il-liġi li ma tagħmilx ġieħ lil min fasslu”.