''Inaċċettabbli li nkomplu nbatu dawn l-inġustizzji''

    Wara li lbieraħ l-Viċi Sindku eletta għal Marsaskala Janice Falzon ikkummentat ma' inewsmalta bil-frażi "Ma nitgħallmu qatt" b’referenza għat-twaqqigħ ta’ binja fil-lokalità li wasslet biex ir-residenti tal-inħawi jkunu affettwati minn tniġġis sostanzjali tal-arja ftit sigħat wara komplejna nirċievu lmenti ta' persuni li "jiġu jaqgħu u jqumu minn ħaddieħor".

    Inewsmalta kompliet tirċievi lmenti ta' residenti li baqgħu jiġu affettwati minn dan it-tniġġiż, b'uħud minnhom isostnu li dan mhuwiex aċċettabbli għax dawn l-illegalitajiet jaffettwaw fost oħrajn persuni li jbatu b'kundizzjonijiet respiratorji hu "hija inġustizzja kbira li aħna nbatu minħabba l-egoiżmu ta' ħaddieħor".